Il-ktejjeb ta’ 88 paġna jiġbor fih dak kollu li n-Nisrani, mistieden biex matul is-Sena Mqaddsa jimxi f’pellegrinaġġ lejn xi knisja ġubilari, għandu jkun jaf u jagħmel fil-Ġublew tal-Ħniena. Fil-fatt, din il-pubblikazzjoni illustrata tiftaħ b’ġabra ta’ tagħrif siewi fuq it-tifsira u l-aspetti tal-Ġublew, bħalma huma t-talba u l-innu uffiċjali bin-noti mużikali b’kollox.
Wieħed isib ukoll spjega tal-indulġenzi u l-pellegrinaġġ, bi proposta għall-mixja lejn is-Santwarju tal-Ħniena u għajnuna biex jitwettqu l-opri tal-ħniena.
Kapitlu jiffoka fuq is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni, b’punti ta’ riflessjoni għal eżami tal-kuxjenza biex wieħed jersaq imħejji sewwa għal-laqgħa tiegħu ma’ Alla Ħanin fil-Qrar.
Żewġ kapitli oħra joffru ġabra ta’ talb u qari mill-Iskrittura kif ukoll mit-tradizzjoni tal-Knisja li jistgħu jgħinuna fil-meditazzjoni matul din is-Sena Mqaddsa.
Fl-aħħar nett, wieħed isib tagħrif fuq is-Santwarji tal-Ħniena, bi spazju wkoll fejn jitqegħidlu t-timbru li jikkonferma l-pellegrinaġġ tiegħu.
Il-Ġublew tal-Ħniena. Gwida għall-Pellegrin hu tassew riżorza siewja għal dawk kollha li jixtiequ jgħixu bi frott din is-Sena Mqaddsa mħabbra mill-Papa Franġisku. Għal dawk li jridu jagħmlu pellegrinaġġ lejn xi Bieb tal-Ħniena, il-ktejjeb għandu jinkiseb minn qabel biex jista’ jgħinhom fit-tħejjija spiritwali tagħhom.

BE AT YOUR BEST
THE INSPIRATIONAL WEDDING PLANNER
WOMAN`S GUIDE TO BETTER LIVING
WHERE`S PIRIA?
THE JOY OF COMMITTED LOVE A HANDBOOK FOR
CHARTER FOR HEALTH CARE WORKERS
LOVE'S SACRED ORDER
THE FAMILY AND EDUCATION
THE JOY OF COMMITTED LOVE A HANDBOOK FOR
A SPEECHLESS CHILD IS THE WORD OF GOD
RALPH IN BOOK OF LIFE
RELIGIOUS CUTOMS IN THE FAMILY
NO LESS ZEAL
URODIVOI
THE JOYFUL MYSTERIES OF LIFE
BAD WORDS
RALFH IN A SPECIAL FRIEND
ELOCUTION PIECES FOR STUDENTS
MY ROLE AS A FATHER
FEAR AND ANXIETY
AN UNLIKELY CATECHISM
BUILDING SELF-ESTEEM IN CHILDREN
ZIGGY IN WHAT NOW?
WHAT GOD HAS JOINED
GABY IN JESUS WATCHES OUR HEART
HAPPY NEW CENTURY
A LIFE THAT KNOWS NO AGE
IL-HBIEB TAGHNA L-ANNIMALI
JAGHTUNA SERVIZZ
IL-VARI TA`KRISTU RXOXT FIL-KNEJJES TA`M 
