Bla sold u bla qorq

Fl-okkażjoni tat-800 sena mill-mewt ta’ San Franġisk ta’ Assisi, Pubblikazzjoni Preca ppubblikat il-ktieb Bla Sold Bla Qorq. Dan il-ktieb ilaqqagħna mal-avvenimenti prinċipali fil-ħajja ta’ San Franġisk u l-qaddisin l-oħra li ħaddnu l-ispiritwalità tiegħu. Kitba ta’ Patri Dijonisju Mintoff OFM. Mid-Daħla tal-Ktieb: “L-ewwel nett, naraw kemm smajna jew qrajna fuq San Franġisk. Naraw kif nistgħu niftiehmu […]

Il-Paċi tal-Qalb

Il-Paċi Tal-Qalb: Ħamsin Riflessjoni Biex Ingawdu l-Paċi Interjuri Pubblikazzjoni Preca qed tippubblika l-ktieb Il-Paċi tal-Qalb – Ħamsin Riflessjoni biex Ingawdu l-Paċi Interjuri. F’dan il-ktieb, l-awtur jistedinna nagħmlu vjaġġ interjuri biex niskopru n-neċessità tal-paċi tal-qalb fil-ħajja ta’ kull bniedem. F’dawn il-ħamsin riflessjoni, il-qarrej jiltaqa’ mal-għerf ta’ ħafna qaddisin u għalliema spiritwali li juruna t-triq li terrqu […]

BIEX INSIRU BĦAL ALLA

Pubblikazzjoni Preca ppubblikat ktieb ġdid bl-isem “Biex insiru bħal Alla: It-Triq tal-Perfezzjoni skont is-Sakrarju tal-Ispirtu ta’ Kristu ta’ San Ġorġ Preca”, miktub mill-membru tal-Museum Emanuel Curmi. F’dan il-ktieb insibu studju bir-reqqa u riflessjoni fuq wieħed mill-iktar xogħolijiet importanti ta’ Dun Ġorġ Preca – Is-Sakrarju tal-Ispirtu ta’ Kristu. Dan il-ktieb huwa utli ħafna għal min jixtieq […]

Għaxra oħra żgħar imma kbar

Wara r-rispons sabiħ għall-ktieb Għaxra żgħar imma kbar, Pubblikazzjoni Preca ppubblikat volum ieħor bl-isem Għaxra oħra żgħar imma kbar. Dan il-ktieb ilaqqagħna ma’ għaxar żagħżagħ oħra li għexu l-fidi tagħhom b’ferħ u kuraġġ kbir. Ix-xewqa tagħna hi li l-eżempju ta’ dawn iservi ta’ ispirazzjoni għal kull min jaqrah. Il-ktieb jinkludi wkoll intervista qasira ma’ Antonia […]

Carlo Acutis Ħajja lil hinn mil-limiti

Fl-okkażjoni tal-kanonizzazzjoni ta’ Carlo Acutis fis-27 ta’ April ta’ din is-sena, is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M., permezz ta’ Pubblikazzjoni Preca, ippubblikat traduzzjoni tal-ktieb “Carlo Acutis – La vita oltre il confine”. Dan il-ktieb joffri lil Carlo bħala mudell għan-Nisrani, u speċjalment għall-adolexxenti u ż-żgħażagħ. Dan iż-żagħżugħ joffri gwida lil min jaqra l-ħajja tiegħu dwar kif jgħix […]

Madwar il-Maxtura

Madwar il-Maxtura jinkludi madwar 300 paġna ta’ ċelebrazzjonijiet, drammi, attivitajiet u riżorsi oħra relatati mal-Milied u kif għandna nippreparaw biex nilqgħu lil Ġesù Bambin. Pubblikazzjoni Preca, flimkien mal-awtur Mario J. Muscat u oħrajn li għamlu kontribuzzjonijiet tagħhom, taw sehemhom biex ikollna din il-pubblikazzjoni. Il-ktieb jinkludi wkoll QR Code għall-partijiet li jkollok bżonn tistampa u tqassam, […]

Il-Papiet kbar ta’ żmienna

Irid ikollok 90 sena jew aktar biex forsi tiftakar Papa ieħor qabel Piju XII. Fil-fatt, waħda mill-ewwel xandiriet li l-Maltin qatt raw fuq it-televiżjoni kienet il-funeral ta’ Piju XII fl-1958, 64 sena ilu. Bis-saħħa tal-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-massa l-Papiet ma baqgħux figuri mbiegħda imma saru wċuh familjari ma’ miljuni kbar ta’ nies madwar id-dinja, fosthom […]

Gilbert Simiana: Fuq il-passi ta’ Ġesù

Pubblikazzjoni Preca għadha kif ippubblikat il-ktieb Gilbert Simiana: Fuq il-Passi ta’ Ġesù. B’riċerka u kitba ta’ Stephen Zammit, membru tas-Soċjetà tal-MUSEUM, dan il-ktieb jirrakkonta l-ħajja taż-żagħżugħ Gilbert Simiana (1982-1998), it-trobbija tiegħu fi ħdan familja Nisranija, bħala aspirant fis-Soċjetà tal-MUSEUM u student fil-Kulleġġ San Alwiġi, u kif il-marda tal-kanċer minn età żgħira kompliet issaħħu fil-fidi, fit-tama u […]

Ħin għal Alla: Għajnuniet għal min irid jibda jitlob

Qatt xtaqt titkellem ma’ Alla? Qatt ippruvajt? Jew forsi kkonfondejt imnejn se taqbad tibda, u qtajt qalbek? Jekk tixtieq li permezz tat-talb tiegħek tistieden lil Alla jiġi u jgħammar fiċ-ċentru ta’ ħajtek, dan il-ktieb se jiswiek mitqlu deheb. Ħin Għal Alla: Għajnuniet Għal Min Irid Jibda Jitlob, bħal ħabib li tant iridlek ġid, jistiednek tagħtih idejk u […]