Dan il-ktieb jirrakkonta leġġenda. Leġġenda hija storja li ma ġratx vera, iżda li magħha hemm marbuta xi ġrajja, post jew persunaġġ li eżista tassew. Din hija t-tieni leġġenda dwar San Ġużepp. Jekk tiftakru fi ktieb ieħor konna rrakkontajna leġġenda oħra dwar is-sellum ta’ San Ġużepp.
Hawnhekk se nirrakkontaw storja dwar il-ħmara ta’ San Ġużepp. Dik il-ħmara li dejjem naraw fil-presepju, flimkien mal-baqra. Naħseb ġie li smajtu jew kantajtu l-għanja “Jiena daqsxejn ta’ ħmara?” F’din il-għanja jissemma s-sid li kien jaħqar lil din il-ħmara. Iżda dan is-sid ma kienx Ġużeppi tafux! Mela la ma kienx ta’ Ġużeppi , kif spiċċat għandu din il-ħmara. Aqraw l-istorja ħelwa ta’ Natalina, l-iktar ħmara xxurtjata fid-dinja kollha.

17CM S.FRANCESCO 655
WHERE`S PIRIA?
TRAIL-BLAZERS FOR CHRIST
IL-VARI TA`KRISTU RXOXT FIL-KNEJJES TA`M
A LIGHT TO THE NATIONS
846 - ACQUASANTIERA C/MADONNA 16CM
THE GOSPEL ACCORDING TO DEBORAH
18CM GUARD. ANGEL W CHILD POCELLANA 374
410 LOURDES -23CM
30CM PADRE PIO 891
IL-HBIEB TAGHNA L-ANNIMALI
11CM ST. FRANCIS & ANIMALS (649)
ULIED U WERRIETA 