Mal-milja taż-żmien kollox u kulħadd jinbidel biex jadatta għal żmienu; u din il-ħtieġa ta’ adattament, soċjali, kulturali kif ukoll reliġjuż, dejjem tagħti spinta lill-bniedem lejn iż-żmien li jkun qed jgħix fih, forsi bla ma jisma’ karbiet in-Natura fit-twettiq ta’ tibdil li mhux dejjem ikun ta’ ġid għall-stess bniedem u wisq inqas għan-Natura nfisha. Iżda jkun meħtieġ li l-bidla ssir biex il-ħajja tibqa’ kompatibbli maż-żmien, fir-realtà tal-preżent u t-tama eterna fil-futur.
Il-Knisja wkoll ikollha tadatta għal ċerti tibdiliet u ċirkostanzi li, forsi fil-qagħda dinjija inkwetanti tal-lum li, aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed issir aktar inkwetanti, kaotika u insensittiva għal dak kollu li jista’ jseħħ lill-bniedem u lid-dinja, huma essenzjalment urġenti.
Knisja Elfejn, taħt id-direzzjoni tal-Patrijiet Dumnikani, għadha kif ippubblikat il-ħarġa nru. 141, ħarġa tabilħaqq interessanti, bħall-ħarġiet l-oħra kollha li ħarġet s’issa, bl-isem Lejn KnisjaSinodali, li tittratta sewwasew il-ħtieġa tal-Knisja li ssaħħaħ dejjem aktar l-ispirtu ta’ għaqda u komunjoni permezz tas-Sinodu tal-Isqifijiet li qed isir bħalissa.
L-Editur, Fr. Raymond Gatt OP, isejjes l-Editorjal tiegħu sewwasew fuq din il-ħtieġa. Warajh insibu l-artiklu Ġesù ut-Twaqqif tal-Knisja ta’ Fr. Joseph Agius OP. Isegwi l-artiklu, Is-Sinodalitàfil-Knisja tal-bidu tar-Rev. Dr Martin Micallef OFM Cap u warajh ir-Rev. Dr Jonathan Farrugia jagħtina l-artiklu storiku Sinodi u Konċilji fi żmienMissirijiet il-Knisja tal-bidu(sekli 1-5).
Mons. Prof. Hector Scerri jagħtina l-artiklu Is-Sinodalità: RiflessjonijietTeoloġiċi; warajh l-Em. Kardinal Mario Grech jisħaq li Knisja Sinodali hija Knisja tas-smigħ. Ir-Rev. Dr Kevin Schembri mbagħad jikteb dwar is-Sinodu tal-Isqfijietminn Pawlu VI sa Franġisku. Bil-wisq interessanti wkoll huwa l-artiklu ta’ Dr Dorianne Buttigieg: Ħsibijiet dwar il-preżenza tan-nisa fi ħdanKnisja Sinodali segwit mill-artiklu tar-Rev. Dr Carl-Mario Sultana Is-Sinodalitàu l-Katekeżi. Wara artiklu tal-E.T. Mons. Joseph Galea Curmi: Is-Sinodalità fl-Esperjenza tas-SinoduDjoċesan ta’ Malta (1999 – 2003). Il-ħarġa tagħlaq bl-artiklu: Papa Franġisku: Tifkira tal-50 Anniversarju mit-twaqqif tas-Sinodutal-Isqfijiet u finalment, b’lista ta’ Kontributuri.
Din il-ħarġa ta’ Knisja Elfejn, tabilħaqq ktieb ta’ 140 paġna, hija sors enormi ta’ tagħrif siewi għal kulmin għadu jara f’Alla, fil-Knisja u fir-reliġjon id-dawl li jista’ jwassal għal ħajja aħjar; għal kull min jifraħ jara l-Knisja timxi maż-żminijiet biex tiġġedded u ġġedded, u tibqa’ dejjem l-aħħar triq u l-uniku sors li jwassal biex il-ħolqien isalva.

WITH LISTENING HEARTS
CREDO I BELIEVE FAITH AND LIFE SERIES 5
085217 NATIVITY CERAMICA 17CM
L-EVANGELJU SKOND SAN MARK
657 - STATUE 17CM ST.JOSEPH 17CM
MAGNET CERAMICA CIRCLE
31CM SAN FRANCESCO 885
GUILT & HEALING
PRAYERS BEFORE AN AWESOME GOD
18CM PADRE PIO 661
STORIES JESUS TOLD
REPAIRING THE WORLD
SAN JUDA TADEO 9CM BABY
TRAITS OF A HEALTHY SPIRITUALITY
7148AN CROSS GUARDIAN ANGEL W BOAT 12X18
'I REMEMBER SOMEONE… PHONE BOOK
MA MARIJA IMMAKULATA FI PJAZZA DI SPAGNA
IL-HBIEB TAGHNA L-ANNIMALI
JESUS LOVES ME PHOTO FRAME RESIN
THE HEALING POWER OF PRAYER
11013 ANGEL WITH A SHEEP MUSICAL 12CM 
