Lectio Divina għall-Evanġelju ta’ Żmien ir-Randan – Sena B
Mid-deżert, fl-episodju tat-tentazzjonijiet ta’ Ġesù, iddominat mill-preżenza tal-anġli u tal-bhejjem selvaġġi; għal fuq il-muntanja fis-silta tat-Trasfigurazzjoni ta’ Ġesù fejn Pietru, Ġakbu u Ġwanni raw il-glorja tal-Iben ta’ Alla fil-preżenza ta’ Mosè u Elija; għal ġot-Tempju ta’ Ġerusalemm minn fejn Ġesù affronta lil dawk li Dar Missieru għamluha suq; għal-laqgħa bil-lejl ma’ Nikodemu l-Fariżew, bl-istqarrija ta’ Bin il-bniedem li se jkun merfugħ ’il fuq bħala mezz ta’ salvazzjoni; għall-Griegi li xtaqu jaraw lil Ġesù u d-dikjarazzjoni ta’ Ġesù li kienet waslet is-siegħa tiegħu.
Permezz tat-tappi tal-Lectio Divina, Rev. Dr Martin Micallef, Biblista, qed joffri għajnuna ta’ kif għandna naqraw, nistudjaw u nitolbu bis-silta tal-Evanġelju li l-Knisja se tipproklama matul il-Ħdud tar-Randan għas-Sena B.

THEOLOGY FOR TODAY`S CATHOLIC A HANDBOOK
FROM WITHOUT THE FLAMINIAN GATE
THE THEOLOGY OF THE BODY MADE SIMPLE
IN THE MIDST OF CHAOS, PEACE
EVANGELIUM VITAE
THE THEOLOGY OF HISTORY IN ST BONAVENTUR
TURN TO GOD REJOICE IN HOPE 


