Fl-okkażjoni tal-kanonizzazzjoni ta’ Carlo Acutis fis-27 ta’ April ta’ din is-sena, is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M., permezz ta’ Pubblikazzjoni Preca, ippubblikat traduzzjoni tal-ktieb “Carlo Acutis – La vita oltre il confine”. Dan il-ktieb joffri lil Carlo bħala mudell għan-Nisrani, u speċjalment għall-adolexxenti u ż-żgħażagħ. Dan iż-żagħżugħ joffri gwida lil min jaqra l-ħajja tiegħu dwar kif jgħix […]