Irid ikollok 90 sena jew aktar biex forsi tiftakar Papa ieħor qabel Piju XII. Fil-fatt, waħda mill-ewwel xandiriet li l-Maltin qatt raw fuq it-televiżjoni kienet il-funeral ta’ Piju XII fl-1958, 64 sena ilu. Bis-saħħa tal-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-massa l-Papiet ma baqgħux figuri mbiegħda imma saru wċuh familjari ma’ miljuni kbar ta’ nies madwar id-dinja, fosthom magħna l-Maltin…
Papa Ġwanni XIII daħal fi qlub il-Maltin, fost l-oħrajn, għax kien l-ewwel Papa li tkellem bi lsienna. Pawlu VI kien Papa ħabib kbir ta’ Malta, Papa pjuttost minsi li l-kobor tiegħu qed jerġa’ jiġi skopert fi żmienna. It-tbissima ħelwa tal-Papa Luciani, minkejja l-pontifikat tassew qasir tiegħu, tibqa’ magħrufa. Il-Papa maħbub Ġwanni Pawlu II kien l-ewwel Papa li ġie jżurna, u żjara waħda ma kinitx biżżejjed f’wieħed mill-itwal pontifikati fl-istorja tal-Knisja. Fit-tieni żjara tiegħu f’Malta bbeatifika l-ewwel tliet Maltin. Benedittu XVI ġie jżurna hu wkoll u ddikjara l-ewwel qaddis Malti. U fl-2022 kien imiss lil Franġisku, il-Papa ħabib taż-żgħir u l-batut.
Seba’ Papiet fi tmenin sena. Seba’ Papiet kbar. Seba’ Papiet ta’ fama qaddisa. Seba’ Papiet li ħallew marka fuq il-Knisja u fuq id-dinja. Seba’ Papiet umani, bil-preġji u bil-limitazzjonijiet tagħhom bħal kull wieħed u waħda minna. Luciani kien qal li kieku kien jaf li xi darba kien se jsir Papa kien jistudja iktar. Imma fil-verità ebda studju ma jista’ jkun biżżejjed għal responsabbiltà enormi bħal dik. L-aħħar sebgħa mill-265 suċċessur ta’ San Pietru fi storja twila ta’ elfejn sena.
Fl-okkażjoni taż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta f’April 2022, Pubblikazzjoni Preca ħarġu l-ktieb Papiet Kbar ta’ Żmienna ta’ Robert Aloisio, għalliem u awtur ta’ disa’ kotba ħafna minnhom bijografiċi.

PALM OF MY HAND (135)
CHRISTE LUX MUNDI
30CM PADRE PIO 891
HERMIE&FRIEND VERSES ABOUT BEING BRAVE
THE THEOLOGY OF HISTORY IN ST BONAVENTUR
394 - 10CM GUARDIAN ANGEL W/GIRL
THE BEGINNING OF THE GOSPEL MARK'S STOR
THE GOSPEL ACCORDING TO DEBORAH
MORRU GHALLMU L-GNUS KOLLHA
THE PILGRIM GUIDES
LIVING THE CATECHISM OF THE CATHOLIC V.4
PRAYER SERVICES FOR PARISH COUNCILS
IN THE MIDST OF CHAOS, PEACE
17CM BAMBINO DI PRAGA
THE TREASURY OF HIS PROMISES
OUR TASK
A VIEW FROM THE STEEPLE: FR. MANTON
YOUR GROWN UP FAITH
IN SEARCH OF THE WOUNDED HEALER
31CM ST. JOSEPH 883
THE CUBE AND THE CATHEDRAL
WITH GOD AND WITH MEN
HOPE IN THE GOSPELS
890ABC FATIMA CHILDREN 16CM
THE SAINTS SHOW US CHRIST
374 - 18CM GUARDIAN ANGEL WITH CHILDREN
657 - STATUE 17CM ST.JOSEPH 17CM
DEATH AND DESTINY IN THE BIBLE
651 MADONNA MERAKOLUZA 17CM
17CM S.FRANCESCO 655
MINN QALB IL-PATRI
GHALLIMNA NITOLBU.L-EZERCIZZI TA' SAN IN
11CM ST. FRANCIS & ANIMALS (649)
18CM GUARD. ANGEL W CHILD POCELLANA 374 