Ktieb tajjeb ħafna għaż-Żgħażagħ u l-Adolexxenti
Fl-okkażjoni tal-beatifikazzjoni taż-żagħżugħ Carlo Acutis, is-Soċjetà tal-MUSEUM permezz ta’ Pubblikazzjoni Preca ppubblikat il-ktieb ta’ Robert Aloisio Għaxra Żgħar imma Kbar. Dan il-ktieb jittratta l-ħajja ta’ għaxar żgħażagħ, ħafna minnhom ta’ żmienna, li taw xhieda tal-fidi tagħhom fi Kristu bi kliemhom u b’għemilhom. Il-ktieb huwa ideali għall-adolexxenti kollha u għal dawk li jieħdu ħsiebhom għax juri biċ-ċar li huwa possibbli tgħix ħajja tajba fis-seklu 21.
“In-nies kollha jitwieldu oriġinali imma ħafna jmutu qishom fotokopji.” Dan il-kliem ma qalux xi filosofu jew studjuż magħruf ta’ żmienna. Qalu żagħżugħ ta’ 15-il sena bl-isem ta’ Carlo Acutis li ġie dikjarat Beatu fl-10 ta’ Ottubru 2020.
Carlo kien ġenju tal-kompjuter imma mhux biss. Kien żagħżugħ qaddis. Forsi llum ħafna jistaqsu: “Mela llum tista’ tkun qaddis? U kif ikunu tfal u żgħażagħ qaddisin tas-seklu wieħed u għoxrin?”
Iva, jeżistu tfal u żgħażagħ qaddisin. U żgur mhumiex tfal boring, lanqas xejn. Huma tfal ferriħija, kreattivi, affaxxinanti… cool! Bniet u subien, tfajliet u ġuvintur, li jkellmuna bit-tajjeb li jagħmlu. Żgħażagħ li jaduraw lil Alla l-Ħaj u mhux l-idoli foloz tad-dinja. Dawn huma l-veri benefatturi tal-umanità għax jixegħlu d-dinja bil-fantasija virtuża tagħhom.
Kuraġġużi, qawwija, ma jehdew qatt, iż-żgħażagħ qaddisin huma l-missjunarji tat-tajjeb u ta’ dak li hu veru. Fuqhom jirrifletti raġġ tal-qdusija ta’ Kristu, tat-tjubija tiegħu, tal-ħniena tiegħu, tal-ġustizzja tiegħu. Dan il-ktieb irid ikun ringrazzjament modest lil dawn ħutna żgħar li ġejjin minn pajjiżi u kulturi differenti imma li xorta huma eżempju għalina biex nimitawhom.
Minbarra Carlo Acutis, fil-ktieb hemm tliet żgħażagħ oħra li l-qdusija tagħhom ġiet rikonoxxuta uffiċjalment mill-Knisja: Chiara Badano, tfajla ta’ 19-il sena li kienet membru attiva tal-Fokolarini u ġiet iddikjarata Beata fl-2010; Nunzio Sulprizio, it-tifel qaddis ta’ Napli li miet fl-1836 u ġie ddikjarat qaddis fl-2018; u Josè Sanchez del Rio, il-Martri tal-Messiku li nqatel minn uffiċjali ta’ gvern tal-Mażuni u ateji fl-1928 u ġie ddikjarat qaddis fl-2016.
Imbagħad l-awtur jittratta sitt żgħażagħ oħra li għadhom ma ġewx iddikjarati qaddisin jew beati: Janis Babson, it-tifla Kanadiża li tat għajnejha; Bernard Lehner, it-tifel Ġermaniż ta’ żmien il-Gwerra; Michele Magone, il-“ġeneral” żagħżugħ dixxiplu ta’ Dun Bosco; Mariah Manisha, “Maria Goretti” tal-Pakistan; Iqbal Masih, in-Nissieġ tat-Twapet, u l-Malti Gilbert Simiana, imsejjaħ “Domenico Savio” ta’ Malta.
Fi żmien meta l-bniedem sar jiddubita u jissuspetta kollox, dawn iż-żgħażagħ jgħallmuna li l-fidi tiġi mill-fiduċja, bħal dik ta’ tifel f’missieru. Jgħallmuna l-entużjażmu, is-sempliċità, il-qlubija. Jgħallmuna ma nkunux ikkumplikati. Jgħallmuna l-umiltà u l-fiduċja fl-oħrajn. Għax it-tfal jaqraw il-qalb mhux il-kliem. Fuq kollox jgħallmuna nemmnu. Għax ilkoll kienu tfal u żgħażagħ li emmnu tassew.
Kienu żgħar fl-età imma kbar fil-fidi.
Jinbiegħ għall-prezz ta’ €8.
https://www.youtube.com/watch?v=xWwATo5hXRk

I CAN DO ALL THINGS MEMO PAD
KEYCHAINS WHITE& GOLD CROSS BEADS W ANGL
THE SPIRIT OF THE LITURGY
L-ISPIRTU TAL-LITURGIJA
DEAR RELIGIOUS...
SAN GORG PRECA: HAJ BHAL QATT QABEL
884 31CM SACRED HEART OF JESUS
BEATTLE GOD`S WAY
P408 NATIVITY RESIN
BOOKMARK WITH BRACLET
2416NA06 RE MAGIO IN GINOCHIO 16CM
O WISE LORD OWL WALL PLAQUE
9480- NAGHAG 19CM
THAT WE MAY PERFECTLY LOVE THEE
IL-VIRTU' TA' L-OSPITALITA'
STEJJER OHRA GHAD-DISKUSSJONI
500 AND MORE PRAYERS FOR CHRISTIAN SCHOL
599 - KNEELING SANTA KLAUS WOOD TONE 11C
EXCOMMUNICATION AND THE CATHOLIC CHURCH
120412ASI STATUA ASSUMPTION OF MARY
THE NORMAL ALCOHOLIC
GRANDMA POTTERY MUG
WISDOM FROM THE MONASTERY
BY WHAT AUTHORITY? A PRIMER ON SCRIPTURE
IL-HNIENA DIVINA MESSAGG U DEVOZZJONI
LOVE CROSS PLAQUE STAND
IMAGE OF GOD CHRIST WITH US NOW& ALWAYS8
SAYDON BIBLISTA U STUDJUZ TAL-MALTI
I HAVE CHOSEN YOU LEADER'S GUIDE
A TEACHER TABLETOP TILE PLAQUE
JOURNEY INTO THE BIBLE
7148PM CROSS PEACE W CHILDREN WOOD 12X18
HOMEWARD VOYAGE
1020108S NATIVITY SET 10CM 8PCS.
PASTURI: BAQAR 12CM
PERICHORESIS A MEDITATION ON THE ICON
KNIGHT FIGHT
BIBLETIME PETER THE FISHERMAN
SECRETS OF THE KINGDOM
VIA AFFLICTIONIS - MIXJA TA' FEJQAN
ADVENTURES IN SAFETY STREET HOUSE POOL
DELIVER US FROM EVIL
BIBLEWISE JONATHAN THE FAITHFUL FRIEND
5 - SITTING DONKEY
2410NA04 RE MAGIO MELCHIORRE 10CM
SUPER STORIES WITH TIPS & ACTIVITIES
RP035812:LAPSIJIET PRECETT U S GORG PREC
NEW ST. JOSEPH SUNDAY MISSAL
HOOKED ON PHILOSOPHY T AQUINAS MADE EAS
00827TBR2XLC-ANNUNCIATION WOODEN ICON 17
LOVE GOD AND DO WHAT YOU PLEASE
PELLEGRINAGG DUN GORG. A PILGRIMAGE
2975K1099 QUAD CON ARB E ESP SANTO
PENCIL SARPENER CAR
FATHER SMITH INSTRUCTS JACKSON
137 - DRUMMER BOY - 12CM
1540108S NATIVITY SET 15CM 8PCS
1229P18 POPE FRANCIS
1375C2 BASSORILIEVO SACRA FAMILGIA PLAQ
THE GIFTS OF THE HOLY SPIRIT
CER20SBBASE - ST. BEN WOODEN CROSS+BASE
LENT WITH THE SAINTS
SAINT BERNARDINO: BENVENUTO DI GIOVANIK
WHEN OUR LOVE IS CHARITY VOLUME 2
SISTERS IN SCRIPTURE
DULURI NO. 5 BIS-SALIB TA' L-INJAM
TEACHING THE ROSARY WITH FOAM PUPPETS
GHALLIMNA NITOLBU.L-EZERCIZZI TA' SAN IN
354 - ANGELI IN GINOCCHIO W/T 11CM
317 - SHEPHERD 19CM
REFRACTORY MEN,FANATICAL WOMEN
ANGEL W BIRDHOUSE
167120 CROSS PLEXI 20CM
GOD'S WORD 2022
RELECTIONS FROM A MOTHER'S HEART
GENERAL COUNCILS OF THE CHRUCH
REJOICE AND BE GLAD!
NEW ST. JOSEPH WEEKDAY MISSAL VOL 1
I CORINTHIANS 